Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Home Għajnuniet
Għajnuniet

Adorazzjoni - Awwissu 2010

E-mail Print PDF

Il-Papa jixtieq li matul ix-xahar ta’ Awwissu nitolbu għal dawk li huma bla xogħol jew bla dar biex isibu min jilqagħhom u jgħinhom fid-diffikultajiet tagħhom
Qari mill-Evangelju ta’ San Mattew  (Matt 8:18-20)
Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mll-kittieba u qallu: "Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk". Imma Ġesù  wieġbu: "Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-Bniedem m’għandux fejn imidd rasu."
Mulej, Ġesù meta kont fid-dinja, Inti għażilt li xxandar il-Bxara t-tajba
U din l-għażla kienet tfisser li kien ikollok  tmur minn post għall-ieħor.  U għalhekk, inti kont taf x’jiġifieri li ma jkollokx dar.
Kont taf x’jiġifieri tiddependi minn ħaddieħor biex ikollok saqaf taħt rasek, imqar għal-lejl wieħed biss.

Read more...
 

Adorazzjoni - Ġunju 2010

E-mail Print PDF

Il-Papa jixtieq li matul ix-xahar ta’ Ġunju nitolbu biex kull ċentru tas-saħħa jassigura r-rispett għall-ħajja umana mill-bidu sat-tmiem naturali tagħha. Il-Papa wera x-xewqa li l-istutuzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali jifhmu l-missjoni tagħhom li jippromovu l-ħajja għal benefiċċju tal-popli kollha. Hu jixtieq li l-aġenziji soċjali kollha jingħaqdu flimkien biex jiddefendu l-ħajja u jikkumbattu l-forza ta’ dawk li b’xi mod jew ieħor jiżirgħu t-tbatja u l-mewt fid-dinja fosthom l-abort, il-ġuħ, il-mibgħeda u l-gwerer.

Ġesu’ qalilna: “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.”(Ġw 10:10)  Alla wera lilu nniffsu lid-dinja permezz ta’ Ġesù u qalilna biċ-ċar li hu ġie biex iwassal lil kull wieħed u waħda minna għall-ħajja, anzi għall-milja tal-ħajja. Il-Knisja, li timxi fuq it-tagħlim ta’ Ġesù minn dejjem iddefendiet il-ħajja tal-persuni umani, sa mill-bidu tagħha, qabel it-twelid u sat-tmiem naturali tagħha. Għalhekk il-Papa qed jitlobna biex nitolbu ħalli l-bnedmin juru r-rispett li jixraq lejn il-ħajja umana.

Read more...
 

Adorazzjoni - Lulju 2010

E-mail Print PDF

Il-Papa jixtieq li matul ix-xahar ta’ Lulju, aħna nitolbu biex f’kull pajjiż fid-dinja l-elezzjonijiet isiru fit-trasparenza u jirrispettaw l-għażla ħielsa taċ-ċittadini.

Qari mill-l-ewwel ittra lil Timotju (1Tm 2:1-4) 

Nitolbok l-ewwelnett li jsiru suppliki, orazzjonijiet, talb u radd il-ħajr għall-bnedmin kollha; għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u  fis-sliem, fit-tjieba u kif jixraq. Dan hu tajjeb u jogħġob lil Alla s-Salvatur tagħna, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-verità.


Mulej, il-Papa jixtieq li aħna nitolbu biex f’kull pajjiż fid-dinja l-elezzjonijiet isiru fit-trasparenza u jirrispettaw l-għażla ħielsa taċ-ċittadini. Żgur li din ix-xewqa tiegħu mhijiex xi kapriċċ  għax hu importanti ħafna li poplu jkollu min imexxih u jiggwidah sewwa.

Read more...
 

Adorazzjoni - Mejju 2010

E-mail Print PDF

Il-Papa jixtieq li matul ix-xahar ta’ Mejju nitolbu sabiex jieqaf it-traffikar tal-bnedmin li qed jinvolvi miljuni ta’ nisa u tfal.


Qari mill-Levitiku 23:22

“Meta taħsdu l-ħsad ta’ artkom, tibqax taħsad sa tarf l-għalqa, u tlaqqatx li jaqa’ mill-ħsad tiegħek; ħallih għall-fqir u għall-barrani. Jiena l-Mulej Alla tagħkom.”


Mulej, il-fqir u l-barrani huma għal qalbek ħafna.
Mhux għax int għandek xi preferenzi .
Imma għax inti taf li l-fqir għandu bżonn min iħenn għalih,
min jgħinu biex ikollu x’jilbes u x’jiekol u fejn imidd rasu biex jorqod.
U taf ukoll kif jaħseb il-bniedem.... iktar m’għandu iktar irid..
U inqas jagħti kas lil ta’ madwaru.
U meta int titkellem fuq il-barrani, titkellem fuq il-barrani li ma jaf lil ħadd f’dik l-art,
Li probabli m’għandux fejn joqgħod ... u m’għandux x’jiekol għax m’għandux xogħol.
U allura faċli jġi sfruttat.

Read more...
 
  • «
  •  Start 
  •  Prev 
  •  1 
  •  2 
  •  3 
  •  4 
  •  Next 
  •  End 
  • »


Page 1 of 4