Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Home Fehmiet tal-Papa
Fehmiet tal-Papa

Fehmiet tal-Papa

E-mail Print PDF

 

L-Appostolat tat-Talb huwa mezz kif wieħed jista' jkun miftuħ għad-dinja permezz tat-talb. L-Offerta tal-Ġurnata flimkien mal-offerta ta' Ġesù lill-Missier hija mġedda kuljum fl-Ewkaristija. L-Appostolat tat-Talb huwa mezz kif wieħed jikkomunika m’Alla fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll kif wieħed jingħaqad ma’ Ġesù f’kull ċirkustanza tal-ħajja.

Il-ħajja jibda jkollha sens u jkollha valur bil-mod kif tgħixha billi toffri lilek innifsek għal ħaddieħor, hekk kif Ġesù offra lilu nnifsu għax int issir ħaġa waħda miegħu. Dan ifisser li l-ħajja tal-fidi ma tkunx separata mill-ħajja li wieħed jgħix ta’ kuljum.

Mezz ieħor kif titlob fl-Appostolat tat-Talb huwa li tingħaqad mal-insara tad-dinja kollha billi titlob skond il-Fehma tal-Papa għal dak ix-xahar.

 

Fehmiet tal-Papa - Jannar 2010

E-mail Print PDF


Ġenerali: Ħalli ż-żgħażaġħ jitgħallmu jħaddmu l-mezzi moderni tal-komunikazzjoni għall-ġid tagħhom personali u biex ’il quddiem jaqdu aħjar lis-soċjetà.

Missjoni: Biex kull min jemmen fi Kristu jifhem li l-Vanġelu jitħabbar aħjar meta jkun hemm l-għaqda bejn l-insara.

 

Fehmiet tal-Papa - Frar 2010

E-mail Print PDF


Ġenerali: Għall-istudjużi u l-intellettwali biex fit-tfittxija sinċiera tal-verità jaslu jagħrfu ’l Alla veru.

Missjoni: Biex il-Knisja tagħraf l-identità missjunarja tagħha u twassal l-Aħbar it-Tajba ta’ Kristu lill-bnedmin kollha.

 

Fehmiet tal-Papa - Marzu 2010

E-mail Print PDF


Ġenerali: Biex l-ekonomija mondjali titħaddem b’ġustizzja u twieġeb għall-bżonnijiet veri tan-nies, l-aktar tal-fqar.

Missjoni: Biex il-Knejjes fl-Afrika jagħtu xhieda ta’ rikonċiljazzjoni u ġustizzja f’kull rokna ta’ dan il-kontinent.

 

Fehmiet tal-Papa - April 2010

E-mail Print PDF


Ġenerali: Biex il-fundamentaliżmu u l-estremiżmu jitrażżan bir-rispett kontinwu, bit-tolleranza u bid-djalogu.

Missjoni: Biex l-insara ppersegwitati jżommu sħiħ fix-xhieda li jagħtu tal-imħabba ta’ Alla.

 
  • «
  •  Start 
  •  Prev 
  •  1 
  •  2 
  •  3 
  •  4 
  •  5 
  •  Next 
  •  End 
  • »


Page 1 of 5