Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Home Avviżi
Avviżi

L-ewwel Appostlu fi Spanja tal-Qalb ta’ Ġesù

E-mail Print PDF

Fit-18 t’April, 2010 f’Valladolid (Spanja), Fr. Bernardo de Hoyos (1711-1735) ġie beatifikat. Huwa meqjus bħala l-ewwel appostlu tal-Qalb ta’ Ġesù fi Spanja.

Twieled f’Torrelobatón (Valladolid) fil-21 t’Awwissu, 1711. Studja fil-kulleġġi tal-Ġiżwiti u fl-1726 daħal mal-Ġiżwiti. Ġa fin-novizzjat beda jkollu l-ewwel esperjenzi ta’ talb profond. Wara studja l-filosofija u t-teoloġija.

Read more...
 

Terremot fiċ-Ċile

E-mail Print PDF

Il-Papa Benedittu XVI, f’messaġġ li bagħat lill-Isqof Alejandro Goic ta’ Rancagua,  offra t-talb  tiegħu għall-poplu taċ- Ċile biex huma jsibu tama minkejja d-diżastru li ħoloq it-terremot li kellu forza ta’ 8.8

It-terremot li kien hemm fis-27 ta’ Frar, effettwa żewġ miljun ruħ fi tmienja mis-27 djoċesi li hemm fiċ-Ċile. Il-fuq minn 800 ruħ mietu f’dan id-diżastru u 500,000 oħra tilfu darhom.
Il-Papa qal  “Tassew ħassejtni mnikket meta smajt l-aħbar tat-terremot li ħalla numru kbir ta’ nies mejta, oħrajn feruti, kif ukoll bini mġarraf. Jien noffri t-talb tiegħi biex il-Mulej jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lil dawk li tilfu ħajjithom.”
“Nitlob ukoll bil-ħerqa  biex il-Mulej jagħti l-wens lil kull min ġie effetwat minn dan id-diżastru enormi u biex iqajjem fost il-popli sentimenti ta’ tama nisranija u ta’ solidarjetà biex  jgħinuhom jegħlbu d-diffikultajiet kbar li nħolqu.” żid jgħid il-Papa.
Huwa  għamel il-kuraġġ lil “komunitajiet tal-Knisja, istituzzjonijiet ċivili u lin-nies ta’ rieda tajba, biex f’dan iż-żmien diffiċli, huma jipprovdu għajnuna effikaċi, bi spirtu ta’ ġenerosità u karità”.

“B’dawn is-sentimenti,” il-Papa Benedittu XVI qal, “waqt li nitlob il-protezzjoni tal-Madonna tal-Karmnu, jiena nagħti minn qalbi l-benedizzjoni appostolika tiegħi bħala sinjal ta’ imħabba lejn il-poplu maħbub taċ-Ċile.”

 

Ħolqien mill-ġdid

E-mail Print PDF

Għall-ewwel darba Kunsill Internazzjonali tal-Appostolat Tat-Talb (ATT) iltaqgħa Ruma mis-16 sal-20 ta’ Frar, biex ifittex flimkien kif L-Ispirtu qed iġedded l-ATT fid-dinja tal-lum.

Tul dik il-ġimgħa, il-Kunsill iltaqa’ kemm-il darba mad-Direttur Ġeneral tal-ATT, Fr Adolfo Nicolás (Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti). Bla ebda tidwir wassal l-isfida li l-ATT għandu bżonn jinħoloq mill-ġdid. Tenna li mhux biżżejjed nirranġaw biċċa ‘l hawn u biċċa ‘l hemm. Għalhekk f’dawk il-ġranet il-Kunsill eżamina t-temi prinċipali tal-ATT, u fittex iħaffer fil-fond tal-esperjenza tagħna spiritwali, dak li jagħmel sens u jagħti l-akbar għajnuna lill-ħajja spiritwali tal-insara tal-lum.

B’hekk beda l-proċess twil ta’ “ħolqien ġdid” tal-ATT. L-Ispirtu tal-Mulej biss jista’ jagħmlu dan. Nitolbuh jurina t-toroq ġodda tiegħu għad-dinja tal-lum.

 

Laqgħa ta’ Czestochowa

E-mail Print PDF


Id-direttur nazzjonali tagħna, Fr Ray Pace, ħa sehem fil-laqgħa ta’ kull sena tal-Appostolat tat-Talb fl-Ewropa, li saret f’Czestochowa (Polonja) mill-24 sat-28 ta’ Settembru. L-aktar li ddiskutew kien dwar iż-żgħażagħ fil-kultura tal-lum. Kien hemm żmien ukoll biex id-delegati minn 13-il pajjiż tal-Ewropa jispjegaw inizjattivi ġodda tal-Appostolat tat-Talb fil-komunitajiet insara tagħhom. Ilkoll setgħu japrezzaw kemm l-Appostolat tat-Talb għadu b’saħħtu, u kemm baqa’ jispira għeluf ta’ Ewropej ta’ kull età u pożizzjoni soċjali fix-xewqa tagħhom biex jiltaqgħu ma-Mulej.

 
  • «
  •  Start 
  •  Prev 
  •  1 
  •  2 
  •  3 
  •  Next 
  •  End 
  • »


Page 1 of 3