Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Home L-Offerta ta' Kuljum

L-Offerta ta' Kuljum

E-mail Print PDF

Biex it-talb u ħajjitna jkunu magħquda mat-talb u mal-missjoni tal-Knisja Universali, l-Appostolat tat-Talb jipproponi li l-jum jibda b’offerta tagħna nfusna, tal-ferħ u tat-tbatija, tas-suċċessi u tal-fallimenti, għas-salvazzjoni tad-dinja. Aħna nagħmlu din l-offerta f’għaqda ma’ Ġesù Kristu taħt l-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu. Meta nagħmlu hekk, aħna nkunu qed nimpenjaw ruħna biex nimxu wara l-eżempju ta’ Ġesù Kristu.

 

It-talba tal-Offerta ta’ Kuljum

  

Alla Missier,                                            
noffrilek dan il-jum,
bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem,
il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi
f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek,
li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija
għall-ħelsien tad-dinja.
Agħmel li l-Ispirtu s-Santu, li mexxa lil
Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija
biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.
Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja,
nitolbok b’mod speċjali skond il-fehmiet
tal-Papa għal dan ix-xahar....