Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Home Għajnuniet Familji Għal waqt l-ikla flimkien

Għal waqt l-ikla flimkien

E-mail Print PDF


Fil-familji tagħna aħna mdorrijin li qabel nibdew nieklu nbaxxu rasna u nħallu lil omm tgħid it-talba. Iżda darba omm talbet differenti mis-soltu: “Mulej nitolbuk biex dan l-ikel li qed nieħdu flimkien igħinna naħsbu f’min hu differenti minna, fosthom il-persuni bi bżonnijiet speċjali”.

Għall-ewwel waqt il-ħin ta’ l-ikel kien hemm aktar kwiet mis-soltu. Il-missier, biex jibda d-diskors, staqsa jekk qatt kinux iltaqgħu ma’ nies b’diżabilità. Iżda t-tfal staqsew għaliex l-omm kienet talbet b’dak il-mod, u d-diskors ħa xejra spiritwali. Il-ġenituri kellhom iċ-ċans jitħaddtu fuq Ġesù u kif għandna nġibu ruħna ma’ nies li għandhom xi diżabilità.

Illum f’ħafna familji l-ikel flimkien qed jinqata’, inkella jsir b’ħafna għaġġla. Il-ħin ta’ l-ikel  jista’ jkun ħin speċjali fejn il-membri tal-familja jitkellmu fuq l-attivitajiet li kellhom matul il-ġurnata, u b'dan il-mod,  jgħaddu u jirċievu ħafna valuri spiritwali.

Imma żomm f’moħħok dan li ġej:
Tkellem b’mod personali. Aqsam mat-tfal dak li int tgħallimt mill-esperjenza. Per eżempju, jekk id-diskors jaqa’ fuq li Alla ta’ min jafdah, semmi eżempju minn ħajtek.
Sib il-ħin opportun. Importani li huma ma jħossux li qed tippriedka.
Żomm fil-qosor. Jekk juru interess, kompli ddiskuti. Iżda jekk tara li tilfu l-interess, tkomplix bid-diskussjoni. Ftakar li Alla jibqa’ jaħdem fil-fond ta’ qalbhom.
Ara li dak li tkun qed tiddiskuti jkun relevanti.  Tkellem fuq suġġetti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dak li t-tfal għaddejjin minnu. B’hekk isibuha aktar faċli biex jieħdu sehem fid-diskussjoni.

 

Add your comment

Your name:
Subject:
Comment: