Appostolat tat-Talb

  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size
Appostolat tat-Talb, Apostleship of Prayer - Malta
Appostolat tat-Talb

Laqgħa Ewropea - Lourdes

E-mail Print PDF

Din is-sena, l-laqgħa Ewropea (saret Lourdes mill-21 sal-25 ta’ Settembru) kellha skop speċjali.  Kien iż-żmien meta d-delegati kollha tal-Ewropa kellhom jaslu għall-qbil dwar x’ tiġdid mill-qiegħ għandu jsir fl-Appostolat tat-Talb. Għal din il-laqgħa l-Assistent Ekkleżjastiku ta’ Malta Fr Ray Pace sj kien akkumpanjat mill-koppja żagħżugħa Mr Danny u Mrs Maria Cynthia Debono.
Il-laqgħa bdiet b’ħin ta’ diskussjoni f’ambjent ta’ ġabra dwar il-konklużjonijiet li waslu għalihom il-pajjiżi kollha. Imbagħad kien hemm spazju twil ta’ talb u dixxerniment komunitarju biex naraw flimkien x’passi jridna nieħdu ‘l Mulej.
F’ħin minnhom l-Isqof ta’ Lourdes, Mgr Jacques Perrier, tkellem mal-40 parteċipant dwar l-ispiritwalità ta’ Lourdes. Dan id-diskors sabiħ dawwalna ħafna fid-dixxerniment li konna għaddejjin minnu.
Il-pass li jmiss fil-proċess ta’ tiġdid mill-qiegħ se jsir fis-26 ta’ Novembru meta l-Patri Ġeneral jisma’ bid-direzzjoni li ħadet il-konsultazzjoni dinjija.
   

 

Adorazzjoni - April 2012

E-mail Print PDF

Il-Papa jixtieq li matul dan ix-xahar nitolbu sabiex ħafna żgħażagħ jisimgħu s-sejħa ta’ Kristu u jimxu warajh fis-saċerdozju u fil-ħajja reliġjuża.

Qari mill-Evanġelju ta’ San Mark (Kap1:16-20)
Waqt li kien għaddej ma' xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u 'l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U Ġesù qalilhom: "Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin."  U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta' Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek, u minnufih sejjħilhom. U huma telqu lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa mal-lavranti, u marru warajh.
Il-kelma tal-Mulej

Read more...
 

Fehmiet tal-Papa - Mejju 2012

E-mail Print PDF

Ġenerali: Biex f’kull pajjiż jittieħdu inizjattivi li jiddefendu u jsaħħu l-familja.

Missjoni: Biex Marija Santissma takkumpanja lill-missjunarji kollha meta jħabbru lil Binha Ġesù.

 

Fehmiet tal-Isqfijiet tagħna - Mejju 2012

E-mail Print PDF

Biex il-komunità ċivili tfittex li tgħin il-familja u sseddaq il-kontribut ewlieni tagħha fis-soċjetà.